Raġel, li lbieraħ kien irraportat li ġarrab ġrieħi serji wara inċident fi Triq Dragunara, San Ġiljan, miet.
Il-pulizija qalu li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu madwar 11:30am.
Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji, iżda l-Ġimgħa filgħodu huwa miet.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.