MPO Chamber bit-tmien kunċert tagħha f’ġieħ il-mibki Daniele Galletto

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ t-tmien kunċert tagħha fis-sensiela Chamber, nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju fil-11am fis-Sala Robert Sammut fil-Furjana

Il-kunċert se jkun qed jsir f’ġieħ il-mibki, kollega tal-orkestra, Daniele Galletto
Il-kunċert se jkun qed jsir f’ġieħ il-mibki, kollega tal-orkestra, Daniele Galletto

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ t-tmien kunċert tagħha fis-sensiela Chamber. 

Il-kunċert se jkun qed jsir f’ġieħ il-mibki, kollega tal-orkestra, Daniele Galletto. Huwa kellu jdoqq dan l-istess kunċert trio, tal-klarinett, bil-vjola u l-pjanu, iżda miet ħesrem. 

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ t-tmien kunċert tagħha fis-sensiela Chamber
L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se tkun qed ittella’ t-tmien kunċert tagħha fis-sensiela Chamber

B’eleganza, il-kunċert iwiegħed li jgħaqqad it-tliet strumenti u jwasslu l-melodiji ta’ Mozart. Kull strument jiddi individwalment kif ukoll fi ħdan l-assemblea f’għażla mit-Tmien Biċċiet ta’ Bruch. Il-kompożitur Franċiż Françaix jgħaqqad it-timbri uniċi tat-trio f’xogħol impenjattiv u li jgħolli. 

Il-kunċert se jsir il-Ħadd 5 ta’ Mejju fil-11am fis-Sala Robert Sammut fil-Furjana.  

Biljetti jinqatgħu minn www.showshappening.com.

More in Divertiment