filmat | Ħabta bejn żewġ ferroviji : 20 mejtin u ħafna aktar midruba

Żewġ ferroviji jaħbtu ma xulxin f'Bari. S'issa l-bilanċ tal-mejtin huwa ta' 20 persuna, b'ħafna oħrajn midruba

Żewġ ferroviji jaħbtu ras imb'ras f'Bari, fir-reġjun tal-Puglia, fl-Italja
Żewġ ferroviji jaħbtu ras imb'ras f'Bari, fir-reġjun tal-Puglia, fl-Italja

S'issa l-bilanċ tal-mejtin huwa ta' 20 persuna, b'ħafna oħrajn midruba, hekk kif għada għaddejja l-operazzjoni ta' salvataġġ wara li żewġ ferroviji tal-linja 'Bari Nord' kienu nvoluti f'ħabta frontali bejniethom. L-inċident traġiku seħħ bejn Corato u Andria, ftit kilometri l-bogħod minn ċentru abitat fir-reġjun tal-Puglia.

 

Mal-ħabta, iż-żewġ vaġuni ta' quddiem ta' kull waħda mill-ferroviji, litteralment tfarrku f'xulxin, bil-biċċiet tagħhom itiru metri l-bogħod mix-xena tal-ħabta. Il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili tal-lokal għaddejjin bħalissa b'operazzjoni ta' salvataġġ fejn numru ta' feriti għadhom qed jiġu meħlusin minn qalb ir-radam tal-vaguni u meħudin il-bogħod miż-żona tal-inċident.

Biċċiet ta-vaguni mfarrka ksew arja ta' egħxirien ta' metri kwadri
Biċċiet ta-vaguni mfarrka ksew arja ta' egħxirien ta' metri kwadri
Operazzjoni ta' salvataġġ : S'issa 20 persuna mejta u ħafna oħrajn midruba
Operazzjoni ta' salvataġġ : S'issa 20 persuna mejta u ħafna oħrajn midruba

Numru mhux preċiż ta' nies għadhom maqbudin qalb ir-radam tal-vaguni maħbutin, u għaldaqstant in-numru rrapportat ta' mejtin qiegħed kontinwament jiżdied.

Is-sindku tal-lokal, Massimo Mazzilli, stqarr li "dan huwa diżastru daqs li kieku waqa' xi ajruplan", filwaqt li anke l-President Matteo Renzi, saħaq li "mhux se nieqfu qabel niċċaraw x'seta kkawża dan id-diżastru."

More in Kronaka