Is-siparju fuq il-presidenza fi Brussell tela' lbieraħ meta wirja enormi ta’ talent mit-tenur Joseph Calleja, mis-surmast bravissimu Brian Schembri u l-orkestra Nazzjonali Maltija splodew teatru nies f’vulkan ta’ talent.
Dinjitajri barranin, mijiet ta’ ħaddiema Maltin li jaħdmu fuq il-Presidenza fi Brussell, oħrajn li jaħdmu f’istituzzjonijiet oħra fi Brussell, Ministri, segretarji Parlamentari, ambaxxaturi, il-Prim Ministru Malti u s-sinjura tiegħu flimkien mal-President ta’ Malta, anke dawk il-ħafna li kienu preżenti taħt kuluri differenti, qamu fuq saqajhom u taw ovazzjoni enormi lit-talent Malti li tħossok kburi li int Malti.
Kien ftuħ eċċezzjonali, ftuħ ta’ klassi li bla dubju għolla l-livell ta’ pajjiżna sew bl-organizazzjoni, kif ukoll bit-talent muri.