L-Awtoritajiet Taljani arrestaw lill-eksplejer tal-futbol Darren Debono bħala parti mill-ħidma tal-Pulizija magħrufa bħala Dirty Oil.
Il-Finanzieri del Comando ta’ Katanja flimkien mal-Brigata ta’ Lampedusa u s-Sezzjoni Navali ta’ Katanja dalgħodu arrestaw lil Debono li kien jinsab f’Lampedusa.
It-Taljan kienu qed ifittxu lil Darren Debono li għandu 43 sena fuq allegazzjonijiet li kien parti minn grupp ta’ kriminali internazzjali involuti fir-riċiklaġġ u kuntrabandu taż-żejt minn Zawiya fil-Libja lejn l-Italja u pajjiżi oħra Ewropej.
L-investigazzjonijiet kienu qed jiġu kkordinati mill-prokura ta’ Katanja.
Il-midja fi Sqallija qed tgħid li Darren Debono kien wieħed minn żewġ Maltin li allegatament huma involuti fit-trasport taż-żejt mil-Libja.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, l-Awtoritajiet Taljani kienu ordnaw l-arrest tal-persuni kollha involuti.
Huwa mifhum li 30 tanker ġarrew mil-Libja lejn l-Italja b’żejt li l-valur tiegħu kien jammonta għal €30 miljun.