Aġġornata | Disa' arrestati dwar traffikar ta' 14-il ħaddiem
Jidher, li 14-il vittma xehdu fil-Qorti f'inkjesta maġisterjali
More in Kronaka
Jidher, li 14-il vittma xehdu fil-Qorti f'inkjesta maġisterjali
Disa' persuni ġew arrestati fl-aħħar sigħat b'rabta ma' każijiet ta' traffikar uman.
Ħabbret dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, iċ-Ċittadinanza u s-Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi, Julia Farrugia Portelli, permezz ta' Tweet fuq Twitter.
Jidher, li 14-il vittma diġà xehdu fil-Qorti f'inkjesta maġisterjali quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.
Aktar tard, stqarrija mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali spjegat kif dawn l-14-il persuna Asjatika jaħdmu ma' kumpanija waħda.
I applaud @identitymalta for their extensive work during the last weeks & hours. An alleged case of #humantrafficking has been flagged up and brought to court with 14 victims giving their testimonies in a magisterial inquiry . @MaltaPolice made 9 arrests related to this case.
— Julia Farrugia Portelli (@JuliaFarrugia) March 2, 2018
Skont il-Ministeru, Identity Malta ilha li bdiet eżerċizzju fuq applikazzjonijiet għall-permessi ta' residenza u xogħol minn persuni minn barra l-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet ġew sottomessi minn imprendituri lokali biex jimlew postijiet tax-xogħol f'diversi setturi, l-aktar fil-qasam tat-tindif.
Il-Ministeru insista li ħadd mill-persuni arrestati ma huwa relatat, jew jaħdem, ma' Identity Malta.
Mhux eskluż li tinġabar aktar evidenza minn aktar ħaddiema barranin li jaħdmu mal-istess kumpanija biex tintuża fl-istess investigazzjoni.
Il-Ministeru spjega li jekk kemm-il darba jkunu kkonfermati bħala vittmi ta' traffikar uman, dawn jingħataw il-protezzjoni u l-għajnuna meħtieġa skont il-Liġi.