Kmieni dalgħodu bastiment tal-gwardja tal-Kosta Taljana daħħal fi Sqallija b'aktar minn 900 immigrant abbord.
Rapporti fil-midja internazzjonali, qalu li abbord il-bastiment 'Diciotti' hemm 900 immigrant fosthom, 208 li huma minorenni. Il-passiġġieri ġejjin mill-Eritrea, Sudan, Mali, il-Kosta tal-Avorju u l-Ginea.
Fuq il-bastiment instabu wkoll il-katavri ta' żewġ persuni li mietu matul il-vjaġġ tagħhom, mara u tifel adoloxxenti. Apparti minn hekk skont l-istess rapporti, 13 -il passiġġieri li niżlu f'Catania huma tqal.
Fli-istess waqt, l-Aquarius li aktar kmieni din il-ġimgħa kien involut f''kwistjoni diplomatika bejn Malta u l-Italja issa qiegħed fi triqtu lejn Spanja.