119 kunsillier Laburist, 104 għall-PN u 1 AD
Żieda għall-PL f'Għawdex, żieda għall-PN f'Malta - Maġġoranza ta' 53.5% għall-PL
minn Staff Reporter
10:50 - Il-Prim Ministru jħabbar li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni b'maġġoranza assoluta u ċara ta' madwar 54%
10:44 - Tinqala' kommossjoni bejn l-aġenti tal-Partiti fuq il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar
10:36 - Ix-XAGĦRA lokalita oħra mirbuħa mill-Partit Laburista, b'maġġoranza ta' 59%, waqt li l-PN jikseb 41%
10:20 - Fil-lokalità ta' GĦAJNSIELEM, eletti 3 kandidati, Buttigieg Larry (PL), Kevin Cauchi (PN) u Franco Ciangura (PN)
10:12 - Fil-lokalitajiet tal-ĦAMRUN u l-GŻIRA jidher li l-PN żied fil-persentaġġ tal-voti
10:07 - Fil-lokalità tal-FURJANA eletti l-ewwel kandidati, Davina Sammut Hili (PL), Matthew Paris (PN) u Nigel Holland (Ind)
09:45 - Is-sindki eletti s'issa huma, Ġiljan Aquilina (PN) fuq il-GĦARGĦUR, John Boxall (PL) BIRGU, Noel Formosa (PN) SAN LAWRENZ, Carmen Said (PL) MUNXAR, Clint Camilleri (PL) fil-QALA, Terence Agius (PL) f'ĦAL-KIRKOP, Anthony Dalli (PN) fuq l-IKLIN U Mario Azzopardi (PN) f'TA' KERĊEM
09:17 - Fil-lokalitajiet ta' ĦAL-GĦARGĦUR u ĦAL-KIRKOP is-sindki ser ikunu kandidati ferm żgħażagħ , bis-sindku fil-lokalità ta' Ħal-Għargħur mistenni jkun Ġiljan Aquilina ta' 20 sena
09:11 - Il-kandidat Laburista fil-BIRGU John Boxall, huwa elett bħala sindku f'din il-lokalità għas-6 darba konsekuttiva
09:06 - Fil-lokalità ta' ĦAL-GĦARGĦUR, il-PN kompla jżomm il-maġġoranza
09:04 - Iż-żieda fil-voti għall-PN tidher ukoll f'iktar lokalitjiet, fosthom f'ĦAL-LUQA, IS-SWIEQI u ĦAL-BALZAN
09:01 - Fil-lokalità tal-MUNXAR ħarġu ċ-ċifri uffiċjali tal-ewwel għadd fejn ġew eletti diġà 3 kandidati: Carmen Said (PL -199 vot), Mallia Robert (PL 179 vot) u Spiteri Damien (PN 146 vot)
08:58 - Iktar indikazzjonijiet favur il-PN fil-lokalità tal-ISLA fejn jidher li għalkemm il-maġġoranza baqgħet waħda Laburista, id-dsitakk bejn iż-żewġ partiti naqset
08:53 - Għalkemm fil-lokalitajiet Għawdxin, il-PL kompla jżomm u żied ċerti maġġoranzi, indikazzjonijiet qed juru li m'għamilx l-istess f'Malta, f'lokalitajiet bħal MARSA, DINGLI u MARSAXLOKK
08:50 - Fil-QALA fejn diġà kien hemm maġġoranza ta' 50.29% għall-Partit Laburista, jidher li din kompliet tiżdied għal madwar 58%
08:43 - Jidher li fil-lokalitajiet Għawdxin, il-PL irnexxielu jakkwista ammont konsidrevoli aktar ta' voti hekk kif kompla jżid ukoll il-maġġoranza fil-lokalità tal-QALA, bis-sindku preżenti Clint Camilleri jerġa' jiġi elett f'din il-kariga
08:37 - Fil-QALA, il-PL mistenni jżomm il-maġġoranza
08:34 - Indikazzjonijiet juru li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-voti, b'madwar 53% talvoti, dan wara li fl-2012, dan il-Kunsill Lokali kellu maġġoranza Nazzjonalista b'51.46% tal-voti
08:25 - Is-sorting tal-voti beda woll fuq il-lokalitajiet tal-Marsa u tal-Gżira
08:23 - Fil-lokalità ta' SAN LAWRENZ diġà ġew eletti 2 kandidati: Buhagiar Franco f'isem il-Partit Laburista u Formosa Noel f'isem il-Partit Nazzjonalista
08:21 - Fil-lokalità ta' San Lawrenz, il-maġġoranza hi miżmuma mill-Partit Nazzjonalista b' 74.89% tal-voti
08:18 - Kif mistenni, l-għadd tal-voti fil-lokalitajiet iż-żgħar, partikolarment dawk f'Għawdex, diġà bdew bl-għadd tal-voti u hemm indikazzjonijiet dwar il-maġġoranza f'uħud minn dawn il-kunsilli
________________-
Illum fis-6 ta’ filgħodu jibda’ l-proċess tal-għadd tal-voti li għandu jwassal biex jiġu eletti 224 kunsilliera madwar 34 lokalità madwar Malta u Għawdex.
L-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li għadda rat għall-ewwel darba liż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18-il sena jitfgħu l-vot tagħhom u jsemmgħu leħinhom fl-elezzjonijiet lokali.
F’dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, kien jinħass l-influss ta’ kandidati żgħażagħ, fosthom ħafna li kkonstestaw dawn l-elezzjonijiet għall-ewwel darba. B’total ta’ 377 kandidat, dawn l-elezzjonijiet raw 184 kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista, 177 f’isem il-Partit Laburista, 7 f’isem l-Alternattiva Demokratika u 9 bħala kandidati indipendenti.
Fost il-lokalitajiet li kellhom dawn l-elezzjoniiet, l-akbar lokalità kienet dik ta’ San Pawl il-Baħar li għandha teleġġi 13-il kandidat, b’warajha tkun il-lokalità tal-Mosta li wkoll għandha teleġġi 13-il kunsillier.
It-turnouts fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali f’kull lokalità kienu kif ġejjin:
Il-Birgu |
70% |
L-Isla |
71% |
Ħal Qormi |
78% |
Ħaż-Żebbuġ (M) |
77% |
Is-Siġġiewi |
81% |
Ħ’Attard |
76% |
Ħal Balzan |
72% |
Birżebbuġa |
69% |
Ħad-Dingli |
87% |
Floriana |
72% |
Il-Gżira |
50% |
Għajnsielem |
70% |
Ħal Għargħur |
76% |
Il-Ħamrun |
72% |
L-Iklin |
78% |
Ta’ Kerċem |
82% |
Ħal Kirkop |
79% |
Ħal Luqa |
80% |
Il-Marsa |
69% |
Marsaxlokk |
77% |
Il-Mosta |
73% |
Il-Munxar |
66% |
In-Nadur |
78% |
Paola |
72% |
Il-Qala |
74% |
Ħal Safi |
86% |
San Ġiljan |
40% |
San Lawrenz |
62% |
San Pawl il-Baħar |
39% |
Santa Luċija |
80% |
Is-Swieqi |
52% |
Ix-Xagħra |
76% |
Iż-Żebbuġ (Għ) |
61% |
Iż-Żurrieq |
80% |