Bi pressjoni minn kullimkien imma bi stħarriġ pubbliku favur il-Gvern, il-Prim Ministru Muscat beħsiebu jasal f'kompromess. Hemm ukoll rabja kbira għall-pożizzjoni ta’ Marlene Farrugia li qed tagħmel minn kollox biex timbarazza lil-gvern.
Farrugia li din il-ġimgħa indikat li kieku tkun interessata fil-Ministeru tal-Ambjent, u qed tagħmel minn kollox biex toħroġ għan-nofs biex turi dan kollu.
Hemm pressjoni kbira fuq ħafna attivisti Laburisti biex ma jattakawx il-Marlene.
Attivista Laburista qalilna li hu kien mċanfar għax ikkritika lil Marlene Farrugia.
“Jien semmejt li Farrugia kienet ingħatat permess biex tirranġa l-propjetà lussuża tagħha li hija fl-Outside Development Zone. Imma irċevejt telefonata biex nieqaf u nneħħi l-post. Morru araw il-permess li ħarġulha PA/02145/06, u ħarġuħ qabel l-elezzjoni f’2011. X’hemm ħażin li nfakkar kulħadd li din għandha propjetajiet u fosthom Palazz li qiegħed ghall-bejgħ."