Mark Gaffarena uża l-Facebook biex iwieġeb lil Beppe Fenech Adami, il-Viċi Kap tal-PN. Huwa akkużah li kien qed jigdeb, fil-fatt beda l-messaġġ tiegħu bil-kliem "Igdeb oħra Beppe".
Il-messaġġ ta' Gaffarena ikompli jistqasi lil Beppe jekk nesiex kemm il-darba wasslu d-dar il-Għargur, kemm il-darba "kilna fuq l-istess mejda" u kemm "xrobvna flimkien sa sena ilu f'Villa Arrigo".Aktar minn hekk Mark Gaffarena, li bħalissa jinsab f'nofs kontroversja minħabba l-proprjeta' fi Triq Zekka stqarr fuq Facebook, stqsa hekk lil Beppe: "nsejt meta kellek il-problemi ma' persuna u ċempilt lili biex nirranġalek is-sitwazzjoni". Dwar dan Beppe qal li hu ma jiftakarx.
Gaffarena temm jgħid "li jaqbillek biss issemmi?"
Dawn il-kummenti ta' Gaffarena ġew wara li Fenech Adami stqarr illi ma jiftakarx meta u kemm il-darba iltaqa' ma' Gaffarena