Il-GWU se tibqa' titlob li l-festi jingħataw lura lill-ħaddiem

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, jistqarr ma' dan is sit li l-GWU se tibqa' titlob li l-festi jingħataw lura lill-ħaddiem, sakemm fl-aħħar dan iseħħ

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja

Hekk kif spiċċat il-laqgħa maratona li fiha l-imsieħba soċjali ressqu l- proposti tagħhom għall-baġit 2017, illum.com.mt tkellmet mas-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u staqsietu jekk waqt il-laqgħat kienx hemm xi indikazzjoni dwar il-proposta tal-GWU biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa “jingħataw lura lill-ħaddiem”

illum.com.mt diġà staqsiet lill-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru Chris Cardona jekk jaqblux mal-proposta baġitarja tal-GWU u sa qabel il-laqgħa ta’ dalgħodu ma' kien hemm ebda indikazzjoni.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja stqarr ma dan is-sit li “t-trade unions kollha jaqblu mal-proposta, dawk li jħaddmu mhux qed jaqblu fuqha, filwaqt li la l-Gvern u lanqas ebda Ministru s’issa għadhom ma’ taw ebda opinjoni dwarha”

Għall-mistoqsija dwar x’lesta tagħmel il-GWU jekk il-proposta tagħhom dwar il-festi pubbliċi ma’ tintlaqax f’dan il-baġit, Bugeja rrisponda li “l-General Workers Union se tibqa’ titlobha dejjem, sakemm jingħataw lura...”

More in Politika