Il-Partit Demokratiku, fi stqarrija tiegħu, isostni li l-Gvern li wiegħed il-bidla, meritokrazija u trasparenza jidher li tilef triqtu.
Fl-aħħar jiem l-Imħallef Emeritus Farrugia Sacco laħaq iċ-ċermen il-ġdid tal-Awtorita' tal-Lands. Il-Partit Demokratiku jgħid li dan hi turiha biċ-ċar li din l-amministrazzjoni ma tridx li l-poplu jerġa' jikseb il-fiduċija fl-istuzzjonijiet tal-pajjiż. "Matul il-karriera tiegħu bħala imħallef, l-Imħallef Farrugia Sacco kellhu żewġ mozzjonijiet ta' Impeachment taħt żewġ Prim Ministri differenti. Huwa ukoll instab ħati prima facia mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja." sostna l-PD
"Id-dipartiment tal-Lands kien f'nofs żewġ każijiet kontroversjali u skandalużi, dak tal-Cafe Premier u ta' Strada Zekka." Il-Partit Demokratiku jgħid li jekk kien hemm xi tama li din ir-riforma verament kienet se tkun riforma, din it-tama inqatlet. Dan għaliex apparti l-fatt li chairman huwa Farrugia Sacco, il-maġġoranza tal-bord intlaħqet mill-gvern innifsu. Il-Partit Demokratiku jibża' li wara l-Awtorita' se hemm l-id ta' Kastilja. Il-Partit Demokratiku jfakkar li meta n-nies ivvuttaw għall-bidla, għamlu dan biex l-affarijiet jinbidlu, u jinbidlu għall-aħjar mhux għall-agħar.
Il-Partit Demokratiku jinnotta li filwaqt in-nominazzjoni tal-maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma ntlaqatx mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura minħabba imġieba fil-ħajja personali tagħha, fil-każ ta' Farrugia Sacco il-gvern ħass li xorta waħda għandhom jaħtruh bħala chairman minkejja li dan għandu track record ta imġieba ħażina tul il-karriera tiegħu bħala imħallef.
Il-Partit Demokratiku jikkundanna li talli imġieba tiġi normalizzata permezz ta' ħatriet f'karigi tant importanti bħal dik ta' chairman ta' Lands bil-barka ta' Kastilja.