Aġġornata | Joseph Muscat jakkuża lil Daphne b'iffalsifikar ta' dokumenti dwar Egrant
Il-PM jgħid li skont id-dokument li tellgħet DCG Egrant mhix kumpanija l-Panama ... imma kumpanija f'San Ġwann
More in Politika
Il-PM jgħid li skont id-dokument li tellgħet DCG Egrant mhix kumpanija l-Panama ... imma kumpanija f'San Ġwann
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat akkuża lil Daphne Caruana Galizia b'iffalsifikar ta' dokument li tellgħet ftit tal-ħin ilu, li suppost juri kif Egrant hija ta' Michelle Muscat. Il-PM, li kien qed jitkellem fuq il-programm Xarabank, qal li min iffalsifika d-dokumenti biex tidher li Egrant hija ta' Michelle Muscat, għamel żewġ żbalji kbar. Wieħed mill-iżbalji, tenna Muscat, huwa li Egrant qegħda mniżżla bħala kumpanija fi Triq iż-Żwejt San Ġwann. dan meta, fakkar Muscat sippost Egrant hija kumpanija li qed topera fil-Panama.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Simon Busuttil sostna li l-indirizz fil-fatt huwa ta' Mosack Fonseca f'Malta u li l-kumpaniji Tillgate u Hearnville fil-fatt huma wkoll reġistrati taħt l-istess indirizz.
Muscat qal ukoll illi apparti minn hekk id-dokument li tellgħet l-istess Caruana Galizia jgħid li mill-istess dsidien li biegħu Egrant lil Brian Tonna biegħu l-kumpanija lil Muscat.
Għal bista drabi Muscat sfida lil Busuttil biex jgħid jekk hu jagħtix kredenza lid-dokument li tellgħet DCG u li skontu huwa iffalsifikat. Busuttil ma weġibx, bil-konsegwenza li Muscat staqsieh għalfejn se jmur jipprotesta nhar il-Ħadd jekk provi m'għandux u l-unika 'prova' li nġiebet hija ffalsifikata.
Kif isem Michelle Muscat ma ħariġx fil-Panama papers? staqsa Muscat li waqt il-programm kontinwament qed jisfida lil Busuttil biex jagħtiu prova ċara li martu hija s-sid ta' Egrant.
Busuttil akkuża lil Muscat illi ma jistax jitwemmen meta jitkellem dwar provi għax insista li l-inkjesta saret wara li s-sid tal-istess bank tħalla jidħol fil-bini ta' fejn hemm il-Pilatus bank. "Int m'għadekx titwemmen," saħaq Busuttil diversi drabi lil Muscat.