Kien il-Ministru Tonio Fenech, dak iż-żmien Ministru tal-Finanzi li kien laqa’ b’ferħ l-interess ta’ Seyed Ali Sadr Hasheminejad li jiftaħ bank f’Malta wara li kien qed jikkunsidra li jiftaħ il-bank Pilatus ġewwa l-Awstrija. Tant hu hekk li kien f’Lulju 2012 li Pilatus Bank għamel applikazzjoni li jinfetaħ il-bank f’Malta, wara li Fenech kien ħajru biex il-bank jiftaħ Malta bħala parti mill-pjan tal-Gvern Nazzjonalista li jsaħħaħ il-qasam tas-settur finanzjarju permezz tal-private banking.
Infatti ħafna mill-kuntatt preliminari sar ma’ ditti magħrufin, fosthom KPMG u Camilleri Preziosi associates.
Apparti kollox, anki l-membri tal-bord tal-bank kienu kollha nies li żgur mhux magħrufin bħal segwaċi jew simpatizzanti tal-Partit Laburista. Fil-fatt l-ewwel każ kontra il-whistleblower Russa sar mill-avukat Joe Giglio, li mbagħad rrinunzja milli jirrapreżenta lill-istess bank.
Ftit jiem ilu Tonio Fenech ħabbar li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali./