Manfred Weber, iċ-Chairman tal-Partit Popolari Ewropew (EPP) għadu kif ressaq rikjest biex il-Parlament Ewropew jibda inkjesta indipendenti Internazzjonali dwar l-assasinju makabru ta' Daphne Caruana Galizia li seħħ jumejn ilu.
Weber mistenni jħabbar din it-talba għall-investigazzjoni nhar it-Tnejn meta se jkun qed jibda dibattitu fil-Parlament Ewropew ta' Strasburgu dwar l-omiċidju li mhux qed ikun rappurtat bjess f'Malta iżda madwar id-dinja kollha. Kien dan is-sit li żvela kif l-MEP Malti David Casa talab li jsir dan id-dibattitu wara l-qtil makabru ta' Caruana Galizia.
Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani aċċetta it-talba ta' Casa biex isir dibatittu il-ġimgħa d-dieħla fi Strasburgu liema dibattitu se jibda nhar it-Tnejn li ġej.