Ifallu t-taħdidiet għall-ftehim settorjali...l-għalliema se jistrajkjaw

  • L-MUT tħabbar li qed tordna 50 direttiva li jwasslu għall-strajk
  • Id-direttivi jibdew deħlin fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej

Il-Malta Union of Teachers ħabbret illi se tkun qed tordna xejn inqas minn 50 direttiva u sussegwentement strajk. Dan hekk kif id-diskussjonijiet dwar ftehim settorjali fallew. Id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin ħafna xhur u waqgħu lura, primarjament minħabba l-elezzjoni ġenerali u l-elezzjoni għat-tmexxija tal-istess MUT. 

l-MUT qalet illi minkejja ħafna assigurazzjonijiet il-Gvern offra li l-għalliema jiżdiedu b'anqas minn 5%. Hija sostniet li tistenna ħafna iktar minn hekk u għalhekk ħabbret illi minn nhar it-Tnejn se jidħlu fis-seħħ numru ta' direttivi. 

Kien dan is-sit li kien żvela permezz ta' intervista kif suppost, sa Marzu li għadda kellu jkun iffirmat dan il-ftehim. 

More in Politika