Il-preżenza tal-midja mhix mixtieqa għall-funeral ta' Caruana Galizia

Oħt Daphne Caruana Galizia tgħid fuq Facebook li l-midja mhix awtorizzata għall-Quddiesa u l-funeral

Corinne Vella, oħt il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fuq il-profil tagħha tal-Facebook qalet li l-preżenza tal-midja mhix mixtieqa waqt il-funeral ta’ oħtha.

Vella qalet dan hekk kif il-mezzi tax-xandir kien qed jingħad li jsiru xandiriet diretti u programmi speċjali waqt il-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia, li nqatlet b’karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru li għadda.

Kienet stqarrija tal-Kurja li kkonfermat li l-Quddiesa u l-funeral ta’ Caruana Galizia se jsiru nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru li ġej fis-2 ta’ wara nofsinhar, liema Quddiesa se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta.

 

Fil-'post' tagħha, Corinne Vella qalet li mhu se jsir l-ebda xandir dirett u li d-difna se tkun waħda privata.

Sostniet ukoll li l-informazzjoni li qed tingħad mhix uffiċjali, skorretta u li toffendi lill-familja.

More in Politika