Serraħ rasek jekk għandek appuntament din il-ġimgħa
Il-MAM ippreżentat "proposta għal soluzzjoni”
More in Politika
Il-MAM ippreżentat "proposta għal soluzzjoni”
Sal-ġimgħa d-dieħla mhux mistennija aktar azzjonijiet industrijali mit-tobba wara li l-Assoċjazzjoni Medika Maltija ppreżentat “proposta għal soluzzjoni” lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.
S’issa għadu mhux magħruf x’inhi l-proposta li qed tippreżenta l-Assoċjazzjoni għax f’kummenti lill-midja, is-Segretarju Ġenerali Martin Balzan saħaq li f’dan l-istadju ma jridx jikkomprometti n-negozjati li għaddejjin mal-Gvern.
Għalhekk, qabel il-laqgħa mal-Gvern li mistennija ssir il-ġimgħa d-dieħla, mhux mistennija li jkun hemm aktar azzjonijiet.
It-Tlieta li għadda, il-MAM ordnat azzjoni industrijali ta’ ġurnata għax qed tilmenta li l-ftehim li sar mill-VGH mhuwiex fl-aħjar interess interess tal-pazjent u lanqas tal-poplu.
L-Assoċjazzjoni qed issejjaħ ukoll lill-Awditur Ġenerali biex malajr kemm jista’ jkun jinvestiga l-ftehim li kien sar fl-2015, iffirmat mill-Ministru Konrad Mizzi.
Il-MAM qed tgħid ukoll illi inkiser il-ftehim kollettiv meta l-Gvern m'infurmahiex b'akkwist ta' sptarijiet mill-privat sa mhux iktar tard minn sitt ġimgħat qabel.