Sigħat twal ta' homework se jsiru xi ħaġa tal-passat

L-għalliema jingħataw ħinijiet preċiżi ta' kemm għandhom jagħtu homework lill-istudenti

Dalgħodu ġiet imedija l-politika tal-homework, bil-għan li t-tfal ma jqattgħux ħin “esaġerat,” jaħdmu fuq ix-xogħol mogħti mill-għalliema wara l-iskola.

L-għan tal-politika hu li jkunu stabbiliti ħinijiet ta’ kemm it-tfal għandhom idumu jagħmlu l-homework.

Il-ħinijiet huma dawn:

  • Kindergarten: bla homework
  • Year 1-2: Massimu ta’ 20 minuta kuljum
  • Year 3-6: Massimu ta’ 30 minuta kuljum
  • Year 7-8: Masssimu ta’ siegħa kuljum
  • Year 9-11: Massimu ta’ tmien sigħat fil-ġimgħa

Waqt it-tnedija, li saret fl-iskola primarja tan-Naxxar, uħud mit-tfal ingħataw iċ-ċans li jiddiskutu u jgħidu x’inhi l-viżjoni tagħhom mal-Ministru Evarist Bartolo.

Kien hemm minn qabel li l-homework huwa importanti, iżda oħrajn jippreferu jistudjaw jew jaqraw milli jagħmlu l-homework. Kien hemm uħud li qalu li ħafna homework ma jħallilhomx biżżejjed ċans biex jagħmlu affarijiet oħra li jħobbu.

Min-naħa tiegħu l-Ministru tkellem dwar l-importanza tal-ħin liberu u li l-istudenti jkollhom ċans jagħmlu dawk l-affarijiet li jħobbu.

Qabel ma kienet imnedija l-politika, saret riċerka fost l-għalliema, il-ġenituri u l-istudenti u l-esperjenzi tagħhom. L-għan huwa li jinħoloq bilanċ bejn l-istudju u l-ħin liberu.

“Inqas homework ma għandux ifisser aktar televixin jew video games,” saħaq il-Ministru waqt li tkellem fuq l-importanza tal-attivitajiet diversi u anke l-qari.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Clifton Grima.

More in Politika