Applikazzjoni għal pompa tal-petrol żewġ passi 'l bogħod minn oħra
Din il-pompa tal-petrol, li tista’ tieħu medda ta’ 3,000 metru kwadru, hija proposta li tinbena fi Triq Ħal Qormi
More in Politika
Din il-pompa tal-petrol, li tista’ tieħu medda ta’ 3,000 metru kwadru, hija proposta li tinbena fi Triq Ħal Qormi
Nhar il-Ħamis li ġej, l-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tiddeċiedi dwar applikazzjoni biex tinbena pompa tal-petrol f’Ħal Qormi, żewġ minuti ‘l bogħod minn pompa tal-petrol oħra.
Din il-pompa tel-petrol, li tista’ tieħu mhedda ta’ 3,000 metru kwadru, hija proposta li tinbena fi Triq Ħal Qormi, biswit il-Water Services Corporation.
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qed topponi dan l-iżvilupp u insistiet li jekk jingħata l-permess, se jkun qed jinħoloq preċedent għal aktar żviluppi fl-istess triq. Dan apparti li se jkunu qed jiġu skavati 1,500 metru kubu ta’ ħamrija.
Għall-bidu din l-applikazzjoni kienet dwar il-bini ta’ pompa tal-petrol ġdida, iżda aktar tard inbiddlet f’applikazzjoni biex tkun relokata l-pompa tal-petrol li tinsab fit-telgħa tas-Savoy f’Tas-Sliema.
Id-Direttorat tal-Ippjanar qed jgħid li l-applikazzjoni ma tmurx kontra l-politika li tirregola l-pompi tal-petrol iżda qed tirrakomanda li l-applikant għanu jagħti ‘kumpens’ ta’ €75,000 għal proġetti ambjentali.
Il-Kunsill Lokali mhux joġġezjona għal dan l-iżvilupp iżda l-applikazzjoni qed issib ir-reżistenza tal-Birdlife u Nature Trust. Skont il-Pjan Lokali għan-Nofsinhar, din il-parti hija meqjusa żona ta’ importanza agrikola.
Jekk jingħata dan il-permess, din il-pompa tal-petrol se tkun qed titniżżel f’lista ta’ permessi oħra li ingħataw minn wara l-elezzjoni ġenerali ‘l hawn, fosthom biex jinbnew pompi tal-petrol imdaqqsa f’Burmarrad, Wied il-Għajn u l-Magħtab.
Lura f’Jannar li għadda, il-Ministru José Herrera kien talab lill-ERA biex tirrevedi l-politika dwar il-pompi tal-petrol, u tipproponi dawk ir-reviżjonijiet lill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Kemm il-Partit Nazzjonalista u anke l-Partit Demokkienet kienu qablu dwar dan.