Il-Pilatus jaqla' daqqa ta' sieq 'l barra mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin

...wara li ħadet nota ta' dak li ġara matul l-aħħar ġimgħat bl-arrest ta' Hasheminejad

Il-Bank Pilatus ingħata daqqa ta' sieq 'l barra mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltin (MBA). 

Fi stqarrija l-MBA qalet illi nnotat l-avvenimenti fl-aħħar ġimgħat u allura keċċiet lill-bank mill-istess assoċjazzjoni. 

Il-Bank Pilatus jinsab f'nofs kontroversja hekk kif is-sid u direttur tiegħu Ali Sadr Hasheminejad, kien arrestat fl-Istati Uniti u qed jiffaċċja sitt akkużi li jistgħu jitfgħuh għomru l-ħabs. Fost l-akkużi hemm dawk ta' ħasil ta' flus u frodi. 

Hasheminejad huwa magħruf f'Malta hekk kif fetaħ il-Bank Pilatus, fi proċess li informalment beda fl-2012 u bil-liċenzja tingħata fl-2014. 

Il-Bank Pilatus kien f'nofs kontroversja f'pajjiżna minħabba l-allegat kont tal-kumpanija fil-Panama Egrant Inc. 

Aqra hawn biex tara l-istorja kollha tal-Bank Pilatus f'Malta:

  • https://bit.ly/2JdBQxM

 

 

More in Politika