Efimova ‘protetta’ mill-Qorti Griega...mhux se tintbagħat Malta

Maria Efimova mhux se tintbagħat lura Malta minkejja mandat ta' arrest kontriha minn Malta....

L-unika ritratt ta' Maria Efimova, f'intervista mal-Malta Independent
L-unika ritratt ta' Maria Efimova, f'intervista mal-Malta Independent

Il-Qorti Griega ddeċidiet li tilqa' t-talba ta' Maria Efimova u għalhekk din mhux se tintbagħat Malta, anke jekk pajjiżna ħareġ mandat ta' arrest Ewropew kontriha. 

F'kummenti mal-gazzetta Maltatoday l-Avukat ta' Efimova Alexandros Papastergiopoulous qal illi d-deċiżjoni hija frott tħassib tal-Qorti li f'Malta ma kinitx se jkollha smiegħ ġust. Huwa qal ukoll illi kien hemm tħassib għas-sigurtà tagħha u li l-atti kriminali li qed tkun akkużatha bihom ma jimmeritawx Mandat ta' Arrest Ewropew. 

Efimova għandha żewġ każijiet kontriha; wieħed mill-Bank Pilatus li qed jakkużaha bi frodi u l-ieħor li kien infetaħ minn żewġ persuni fil-Korp tal-Pulizija, wieħed minnhom l-eks Spettur tal-Pulizija Johnathan Ferris, li ironikament, bħal Efimova, qed jitlob li jingħata protezzjoni  ta' whistleblower li mhux qed tingħatalu.  

Ara r-reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat hawnhekk

Efimova hija l-mara wara l-allegazzjoni illi f'safe fil-kċina tal-Bank Pilatus kien hemm dokumenti li juru illi l-kumpanija fil-Panama Egrant Inc. hija proprjetà ta' Michelle Muscat u li mill-kont ta' din il-kumpanija fil-Bank Pilatus għaddew mal-$1 miljun minn bint il-President tal-Ażerbajġan Illham Alliyev. 

Il-Bank Pilatus
Il-Bank Pilatus

Mal-ILLUM il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien qal illi l-Griegi u speċifikament il-Gvern Grieg huwa obbligat li jibgħat lura lil Efimova minħabba li l-Greċja hija membru tal-Unjoni Ewropea. 

Skont il-Qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, hemm tliet sitwazzjonijiet mandatorji meta pajjiż għandu kull dritt ma jesegwixxix l-mandat ta’ arrest. Dawn huma 1) jekk l-offiża li dwarha hemm l-arrest taqa’ bħala waħda li fuqha tingħata amnestija fil-pajjiż illi fih sar l-arrest u fejn dak l-istat għandu l-ġurisdizzjoni li jmexxi prosekuzzjoni dwar tali att 2) Jekk l-offiża li dwarha ħareġ il-mandat tkun diġà għaddiet ġudizzju mill-Qorti tal-pajjiż li ħareġ il-mandat, tkun ingħatat is-sentenza jew is-sentenza ma tistax tkun iktar infurzabbli u 3) f’każ illi l-persuna inkwistjoni tkun taħt l-età fil-pajjiż fejn kienet arrestat.

Maria Efimova, il-mara wara l-allegazzjoni li Ergrant Inc. hija ta’ Michelle Muscat, ma taqa’ taħt l-ebda waħda minn dawn.

L-istess qafas iżda jagħti numru ta’ possibilitajiet oħrajn, illi dwarhom pajjiż bħall-Greċja jista’ jagħżel li ma jagħtix lill-persuna b’mandat lill-pajjiż li ħareġ il-mandat. Dawn huma 1) Jekk l-att, mhux kriminali fil-pajjiż fejn sar l-arrest 2) meta l-persuna qed tiffaċċja l-istess akkużi fil-pajjiż fejn tinsab arrestata bħal f’dak minn fejn ħareġ il-mandat 3) Meta tkun diġà saret u ttieħdet deċiżjoni dwar l-att innifsu 4) meta l-każ ikun preskritt u 5) f’każ li l-mandat ħareġ fuq raġunijiet ta’ kustodja u detenzjoni l-proċess jista’ ma jsirx jekk il-persuna tkun residenti jew ta’ nazzjonalità fejn tinsab arrestata u dak il-pajjiż jiddieċiedi li jipproċedi hu skont il-Liġi Domestika.

Minkejja dan hemm każ partikolari li jista' jservi ta' preċedent, kif kienet irrappurtat l-istess gazzetta ILLUM, jiġifieri dak ta' Gataev&Gataeva li kienu talbu li jingħataw l-ażil fil-Finlandja fejn dan jista' jingħata fuq il-bażi ta' prova ċara ta' thedid u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. 

Efimova kienet qalet mal-MEPs li ġew pajjiżna u li stħarrġu kemm qed tkun irrispettata s-saltna tad-dritt f'Malta illi hi ma kinitx is-sors oriġinali tal-allegazzjoni Egrant, u allura implikat li kien hemm xi ħadd ieħor wara l-istorja. 

Aqra wkoll: 

Dwar l-ewwel indikazzjonijiet għad-deċiżjoni tal-lum

Kif il-mandat ta' arrest Ewropew minn Ċipru qatt ma deher imkien

L-istorja KOLLHA ta' Efimova minn mindu ħarġet l-istorja 'Egrant'

Kif Efimova indikat li ma kinitx is-sors oriġinali tal-allegazzjoni 'Egrant'

Kif ma preżentatx dokumenti lill-MEPs li kellmet

Meta indikat li jekk tiġi lura Malta ħajjitha tkun fil-periklu

 

 

 

More in Politika