Qtil Daphne | Solvut il-misteru tal-laptop

Oħt Daphne tgħid li l-informazzjoni fil-laptop kienet żgur tispiċċa f'idejn persuni fil-Gvern li Daphne kienet qed tinvestiga

Oħt Daphne, Corinne Valla, qalet li kieku oħtha għadha ħajja, żgur ma kinitx tkun trid li l-laptop tagħha jispiċċa f’idejn l-awtoritajiet.

“Dejjem kienet taħbi l-laptop qabel toħroġ,” qalet oħtha. “Kien tipproteġi s-sorsi tagħha u mietet tipproteġi s-sorsi tagħha.”

Kompliet tgħid li Daphne kienet taf li l-informazzjoni kienet żgur tispiċċa f’idejn il-persuni fil-Gvern li kienet qed tinvestiga, kieku l-laptop ingħata lill-pulizija.

Il-pulizija kienet qed titlob lill-familja biex tagħmel “għażla impossibbli,” saħqet Corinne.

Jidher li l-ġurnalisti internazzjonali għamlu kuntatt mal-familja ta’ Daphne wara li l-investigaturi ilmentaw li l-familja Caruana Galizia ma kinitx qed tafdahom.

Din kienet waħda mill-intervisti ppubblikati minn midja internazzjonali bħala parti mill-Proġett Daphne. 

Aqra aktar informazzjoni, ippubblikata fl-aħħar ħin billi tagħfas hawn.

Waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza, esperti forensiċi spjegaw kif fil-laptop, li ġie elevat mid-dar ta’ Carauana Galizia, kien hemm biss kontenut antik u l-aħħar li ntbagħtet email jew xi forma ta' komunikat ma' Caruana Galizia fuqu kien f'Diċembru 2015, sentejn qabel inqatlet.

L-espert Alfred Cardona qal illi probabbilment Caruana Galizia kienet qed tuża laptop ieħor u li "l-aktar xogħolijiet riċenti ma kinux fuq il-laptop (li kien qed janalizza)."

Aqra wkoll:

More in Politika