Fl-ewwel reazzjoni għall-istorja illi '17 Black' rċeviet flus kbar mis-Seychelles u anke minn Aġent Lokali tat-Tanker LNG u li allegatament kellhom imorru fil-kumpanija li kellu fi-Panama, ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ma ċaħadx il-preżenza u l-fatt li hu relata ma' 17 Black. Fil-fatt hu jgħid li 17 Black u l-kumpanija l-oħra MacBridge "kienu parti mill-pjani ta' negozju tiegħi bħala klijenti potenzjali."
Schembri qal li l-kumpaniji tiegħu jagħmlu tużżani ta' pjanijiet u qal li l-ebda tranżazzjonijiet ma kienu qatt rrekordjati minn dawn il-kumpaniji għalih. "M'għandi l-ebda għarfien ta' dan l-allegat ħlas."
Konrad Mizzi jiċħad ukoll
Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.
Fost temi oħra, ir-rapport li ħareġ il-Kumitat PANA kien jisħaq li l-FIAU ma weġbitx meta mistoqsija dwar il-kumpanija 17 Black u l-eksMinistru u eks-Kummissarju Ewropew John Dalli.