Giegold: 'Il-Parlament Ewropew se jirrispondi bis-saħħa'
Grupp ta' MEP's għamlu talba ġdida lill-awtoritajiet Maltin biex jinvestigaw persuni li setgħu ordnaw il-mewt ta' Caruana Galizia.
More in Politika
Grupp ta' MEP's għamlu talba ġdida lill-awtoritajiet Maltin biex jinvestigaw persuni li setgħu ordnaw il-mewt ta' Caruana Galizia.
Ewroparlamentari tal-Ħodor, Sven Giegold dalgħodu saħaq li "Parlament Ewropew kien se jirrispondi bis-saħħa għal dawn l-allegazzjonijiet."
Fl-istqarijja tiegħu Giegold sostna li "l-aħħar rivelazzjonijiet, għandhom jservu bħala tmiem tal-karriera statli tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri. "Jekk it-tnejn ma jirreżenjawx volontarjament, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jneħħihom.
Apparti minn dan, l-MEP talab għall-intervent tal-Kummissjoni Ewropea, (KE),"tintervjeni u tinvestiga l-allegazzjonijiet. Mhux biss dwar kwistjonijiet Maltin. Dawn ir-rivelazzjonijiet dwar is-suspett tal-ħasil tal-flus bħala serja kwistjoni Ewropea.
Intant fi staqarrija separata, grupp ta' MPE's għamlu talba ġdida lill-awtoritajiet u prosketuri Malta sabiex iħejju investigazzjoni kriminali iktar wiesgħa dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fi stqarrija l-MPE's talbu biex l-awtoritajiet jinvestigaw persuni li setgħu ordnaw il-mew ta' Caruana Galizia.
Din id-dikjarazzjoni kienet iffirmata minn, Ana Gomes, David Casa, Sven Giegold u Monica Macovei l-erba' MEPs li ġew Malta fil-bidu tas-sena sabiex jinvestigaw is-saltna tad-dritt
Din id-dikjarazzjoni kienet immotivata għar-rivelazzjonijiet ġodda tal-Proġett Daphne li allegaw li l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona kien qed jixrob ma' wieħed mit-tliet suspettati akkużati li qatlu lill-ġurnalist kif ukoll mal-aħbar tal-allegat rabta bejn il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Kieth Schembri mal-kumpanija 17' Black f'Dubai.