72 Membru Parlamentari Ewropew qed jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex titlob li jitneħħa “b’mod immedjat” liċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef.
L-Ewroparlamentari għamlu referenza għall-ittra miftuħa ppubblika minn PEN International u li fiha, 250 kittieb internazzjonali wkoll talbu għar-riżenja ta’ Micallef.
L-MEPs minn diversi gruppi politiċi nnuttaw kif wara li ġiet ippubblikata din l-ittra, Jason Micallef “kompla għaddej bil-kitba tiegħu fuq il-midja soċjali u ordna li jitneħħew l-istrixxuni organizzat mis-soċjetà ċivili Maltija jsejħu għal ġustizzja.”
Irreferew wkoll għas-sejħa li għamel Micallef biex jinteħħa l-mafkar ta’ Caruana Galizia fuq il-Monument tal-Assedju.
“Il-vilifikazzjoni tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia, anke wara l-qtil tagħha...huma azzjonijiet li aħna nikkunsidraw li m’humiex kompatibbli ma’ uffiċjal li jirrapreżenta l-Kapitali Ewropew tal-Kultura,” kitbu l-MEPS.
L-ittra kienet iffirmata wkoll mill-MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, l-MEP David Casa, li mexxa din l-inizjattiva flimkien ma’ 5 MEPs oħra.
Casa qal li “huwa inaċċettabbli li ċ-Chairman tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura jaġixxi b’dan il-mod. Jason Micallef umilja lilu nnifsu u tappan Valletta 2018 bl-aġir tiegħu. Għandu jirriżenja immedjatament.”