Dalgħodu l-gazzetta ILLUM iddeskriviet lill-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, bħala l-akbar uġigħ ta' ras għall-Gvern Malti u propju ftit tal-ħin ilu, l-istess Salvini għalaq il-portijiet Taljani għal madwar 620 immigrant li ġew salvati fl-aħħar ħin u qed jinsisti li Malta għandha teħodhom.
Dawn l-immigranti ġew salvati fl-iħbra Libjani, viċin Lampedusa, mill-Armata Navali Taljana, iżda aktar tard ġew trasferiti abbord il-bastiment Aquarius.
Għalkemm skont il-liġi internazzjonali, l-immigranti Salvati għandhom jittieħdu fl-aktar port sigur viċin, Salvini qed jinsisti li l-immigranti għandhom jittieħdu Malta, għax skont il-Gvern Taljan, il-portijiet Maltin huma l-aktar siguri bħalissa.
Salvini wissa wkoll li mhux beħsiebu jċedi u mhux se jiftaħ il-portijiet qabel l-immigranti jkunu aċċettati f'Malta.
Bħalissa l-bastiment jinsab 40 mil nawtiku 'l bogħod minn Malta.