Mhux eskluż li l-PN ilaqqa' l-eżekuttiv jew isir Kunsill Ġenerali dwar Busuttil
Sorsi viċin Adrian Delia qalu mas-sit illum.com.mt li qed jittamaw li Busuttil jissospendi lilu nnifsu
More in Politika
Sorsi viċin Adrian Delia qalu mas-sit illum.com.mt li qed jittamaw li Busuttil jissospendi lilu nnifsu
Sorsi viċin il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qalu mal-illum.com.mt li qed jittamaw li fis-sigħat li ġejjin, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jissosspendi lilu nnifsu mill-partit u għalhekk għalissa, il-partit se jistenna u mhux mistenni li jieħu l-ebda passi fil-konfront tal-eks kap tiegħu.
Madanakollu, l-istess sorsi qalu li mhux qed ikun eskluż li jekk Busuttil ma jissospendix lilu nnifsu, il-kwistjoni titressaq quddiem l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista jew inkella saħansitra jitlaqqa' Kunsill Ġenerali Staordinarju.
Xejn inqas minn għaxar Deputati Nazzjonalisti, flimkien ma' esponenti oħra, marru fuq il-midja soċjali jesprimu r-rabja tagħhom għad-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv u juru s-solidarjetà tagħhom ma' Simon Busuttil.
Mistoqsija jekk hux qed tissemma' l-possibbilità li jsir vot ta' fiduċja f'Adrian Delia, l-istess sorsi saħqu li dan qed ikun eskluż, ġaladarba l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien elett inqas minn sena ilu bil-maġġoranza tal-voti tat-tesserrati.
Għalhekk il-ballun jinsab issa f'idejn Simon Busuttil li diġà ddikjara darbejn li mhux lest jirriżenja mill-Grupp Parlamentari u saħansitra insista li se jkompli l-ġlieda tiegħu għall-ġustizzja anke mingħajr l-appoġġ ta' Adrian Delia.
Aqra aktar:
Xejn li jorbot lil Michelle Muscat ma' Egrant - firem foloz fuq dokumenti relatati ma' Egrant
L-Amministrazzjoni tal-PN tappoġġja lil Delia biex Busuttil jirriżenja
Wara l-pożizzjoni tal-PN, għaxar Deputati joħorġu għonqhom għal Busuttil