Jekk imdorri ssiefer bir-Ryanair u ssibha komda li ttella’ miegħek sempiċiment hand-luggage, min-Novembru li ġej mhux se tkun tista’ tagħmel dan mingħajr ħlas.
Il-linja tal-ajru ħabbret li l-passiġġiera se jibdew jintalbu jħallsu bejn €6 u €10 jekk magħhom ikollhom bagalja żgħira ta’ 10 kilogrammi.
Magħhom fuq l-ajruplan, il-passiġġera se jkunu jistgħu jtellgħu biss “basket żgħir” li jista’ jitpoġġħa taħt is-sit ta’ quddiemhom.
Iżda jekk ikunu se jsiefru b’bagalja ta’ 10 kilogrammi, il-passiġġiera se jintalbu jħallsu bejn €6 u €8 jekk jagħżlu li jtellgħu l-bagalja magħhom u jpoġġuha fil-kompartamenti, jew inkella bejn €8 u €10 jekk jagħżlu li jibagħtuha mal-bagalji.
Apparti minn hekk, 95 passiġġier biss se jkun qed jitħalla jtella’ l-hand-luggage miegħu abbord. L-oħrajn se jkollhom iħallsu biex jibagħtuha mal-bagalji.
Il-linja tal-ajru saħqet li qed tagħmel dan mhux biex iżżid il-qligħ tagħha iżda biex tevita d-dewmien waqt li l-passiġġiera jkunu telgħin fuq l-ajruplan u allura t-titjiriet jitilqu aktar fil-ħin.