Kirjiet | Il-Gvern se jmur għal kuntratti b’minimu ta’ sena
Il-ġimgħa li għaddiet għalqet id-diskussjoni dwar il-White Paper dwar il-kirjiet privati. X'proposti saru?
More in Politika
Il-ġimgħa li għaddiet għalqet id-diskussjoni dwar il-White Paper dwar il-kirjiet privati. X'proposti saru?
Il-ġimgħa li għaddiet għalqet id-diskussjoni dwar il-White Paper dwar il-kirjiet privati, liema White Paper il-Gvern qal li qed iressaqha biex joħloq aktar stabbilità fis-suq. Fost il-miżuri li ppropona u li l-aktar li tkellem dwarha kien hemm dik dwar il-bżonn li jkun hemm durata minima, jiġifieri li kuntratt ta’ kirja privata ma jistax ikun iqsar minn perjodu ta’ żmien.
L-ILLUM tinsab infurmata li l-Gvern qed iħares lejn minimu ta’ sena li iżda tkun ikkumplimentata b’inċentivi fiskali għal dawk li jagħmlu kuntratti li huma itwal minn hekk.
Is-sorsi li tkellmu mal-gazzetta sostnew li l-Gvern ried jilħaq bilanċ bejn min ried durata itwal u min ried li ma jkun ebda durata minima u li kuntratt ikun twil kemm jagħżel li jkun, sid il-proprjetà.
Din il-ġimgħa s-sidien wissew illi jekk ikun hemm wisq għafsa fuqhom huma jirtiraw il-proprjetà li jikru mis-suq u b’hekk innaqqsu l-provvista. Din it-theddida fil-fatt hija riflessjoni taċ-ċiniżmu qawwi li hemm fost dawk kollha li jikru, kemm familji kif ukoll negozjanti.
Issa jibda l-proċess illi permezz tiegħu tibda tinkiteb il-liġi, li s’issa ma jidhirx li hemm żmien stipulat sa meta trid titressaq quddiem il‑Parlament.
Kienet il-gazzetta ILLUM, li sentejn ilu bdiet id-diskussjoni dwar il-bżonn li jkun irregolat is-settur tal-kera. Dak iż-żmien, Yana Mintoff, ressqet mozzjoni f’isem il-Forum Komunità Bormliża, biex tipproponi li jkunu kkontrollati l-prezzijiet tal-kirjiet kummerċjali.
Agħfas hawn għar-riforma proposta għal-liġi tal-kera spjegata pass pass.
Aqra wkoll dwar is-soluzzjonijiet li daħlu fis-seħħ pajjiżi oħra għas-settur tal-kirjiet.