Ana Gomes, il-Membru Parlamentari Ewropew li sikwit kienet voċifera kontra l-Gvern Malti m'hiex se terġa' tikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
L-MEP ħabbret din id-deċiżjoni ilbieraħ fuq il-paġna tagħha ta' Twitter.
Gomes ġiet Malta diversi drabi fosthom bħala parti minn delegazzjoni li investigat is-saltna tad-dritt f’Malta.
Apparti minn hekk, reċentement f'kummenti esklussivi lill dan is-sit, Gomes fetħet il-kanuni kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia. Dakinhar hi kienet irrimarkat li Delia, "baqa’ fil-poter biex jimmina l-investigazzjonijiet fuqu."
Gomes kienet eletta l-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fl-2004.