Ġlieda fis-sekondarja ta' Pembroke tħalli żewġ għalliema mweġġgħin

Żewġ għalliema jweġġgħu f'inċident fl-iskola Sekondarja ta' Pembroke

L-iskola ta' Pembroke fejn seħħet il-ġlieda....
L-iskola ta' Pembroke fejn seħħet il-ġlieda....

Żewġ għalliema weġġgħu f'inċident vjolenti fl-iskola ta' Pembroke illum. Il-Malta Union of Teachers (MUT) fi stqarrija sostniet illi ilha tirrepeti l-istess affarijiet għal darba, darbtejn dwar is-sigurtà fl-iskejjel "u sfortunatament dawn l-inċidenti qed juru li għandna raġun."

Il-unjin qalet illi bħalissa tinsab f'kuntatt mal-awtoritajiet u se tkompli tara kif tasssisti lill-membri tagħha involuti f'din il-ġlieda.

Il-Ministeru qiegħed isegwi mill-qrib il-każ ukoll u fi stqarrija offra "l-appoġġ kollu meħtieġ lill-edukaturi li spiċċaw involuti f’dan l-inċident."

"Għal darb’oħra l-Ministeru jiddeplora bis-saħħa kull tip ta’ vjolenza fl-iskejjel. Huwa propju għal dan li l-Gvern se jkun qed jipprijoritizza d-dħul ta’ liġiijiet aktar ħorox għal kull tip ta’ vjolenza f’post fejn jiġu edukati u fejn jissoċjalizzaw it-tfal. Se tiġi pprovduta kull tip t’għajnuna neċessarja lil dawk l-edukaturi li kienu vittmi ta’ dan kollu," temm jgħid il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol. 

 

More in Politika