Il-Kunsill Lokali tal-Isla joġġezzjona għall-bini tad-dormitorju tal-AUM
Il-Kunsill Lokali qabel b'mod unanimu li joġġezzjona formalment quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar
More in Politika
Il-Kunsill Lokali qabel b'mod unanimu li joġġezzjona formalment quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar
Il-Kunsill Lokali tal-Isla oġġezzjona formalment għall-applikazzjoni tal-Università Amerikana ta’ Malta għall-bini ta’ parkeġġ fi Triq il-31 ta’ Marzu u l-binja proposta bħala dormitorju fil-parkeġġ ta’ Bormla fi Triq San Pawl.
Fi stqarrija, mibgħuta mis-Segretarja Eżekuttiva tal-Kunsill, Graziella Gellel, il-Kunsill Lokali tal-Isla qabel b'mod unanimu li joġġezzjona għax saħaq li dan il-proġett, jekk iseħħ, se jkun qed jgħaddi l-veduta tad-daħla tal-Isla, jiġifieri l-Forti San Mikiel.
Dan id-dormitorju propost għall-Univeristà Amerikana qajjem tħassib u rabja fost diversi resident.
Mal-ILLUM, anke id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield oġġezzjona għal dan il-proġett.
“Jien naqbel mar-residenti. Bħala rappreżentant tagħhom fil-Parlament huwa obbligu tiegħi li nitkellem f'isem in-nies billi nkun il-vuċi tagħhom fil-Parlament. Ir-riżervi li għandi dwar dan il-proġett ġejjin mill-fatt li l-ewwel nett se jsir bini fuq spazju miftuħ u barra minn hekk, fl-inħawi, kemm għar-residenti ta' Bormla u anke għal tal-Isla se tkompli żżid il-problema kbira ta' parkeġġ li teżisti,” kien saħaq Bedingfield.
X’qaltilna s-Sindku ta' Bormla?
Min-naħa tagħha, mal-ILLUM, is-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli kienet saħqet li għalkemm il-Kunsill Bormliż mhuwiex kontra dan il-proġett, kienu qed jagħmlu r-rikjesta li nofs l-ispazji tal-parkeġġ ikunu riservati għar-residenti ta’ Bormla.