Dan is-sit jista' jikkonferma illi Yorgen Fenech ingħata l-ħelsien mill-arrest illejla hekk kif jidher illi mhux se jkun qed jitressaq fit-48 siegħa illi persuna tista' tinżamm taħt arrest qabel titella' l-Qorti.
Is-sorsi li tkellmu mal-illum.com.mt qalu li Fenech qiegħed taħt sorveljanza stretta. Qalu illi dan il-ħelsien mill-arrest "ma jfissirx li ma nstab xejn fuqu hekk kif l-investigazzjoni għadha għaddejja. Hemm ċans, fil-fatt, li jkollna żviluppi għada," sostna s-sors ta' dan is-sit.
Ġie ċċarat illi Fenech se jkollu l-pulizija miegħu u fl-ebda ħin mhu se jitħalla waħdu.
Yorgen Fenech huwa sid il-kumpanija bbażata d-Dubaj, 17 Black, klijent tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi. F'din il-kumpanija kienu, allegatament għaddew $1.6 miljun dollaru, $1.4 miljun mill-kumpanija Mayor Trans fl-Ażerbajġan u l-bqija allegatament mill-aġent tat-tanker tal-LNG.