Il-Ministru Chris Cardona ntalab imur id-Depot fil-Furjana xi ħin ilu biex jiffaċċja mistosqsijiet mingħand il-pulizija. Dan ikkonfermawh magħna sorsi differenti qrib il-Pulizija u qrib il-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.
Sorsi li tkellmu ma' dan is-sit qalu li Cardona sarulu mistoqsijiet, probabbilment fir-rigward tal-aħħar żviluppi relatati ma' Yorgen Fenech. Cardona m'għadux fid-Depot bħalissa.
F'kummenti ma' dan is-sit il-Ministru Chris Cardona sostna li hu kien mistoqsi dwar diversi punti fosthom jekk jafx lil Melvin Theuma u jekk iva x'konnessjoni hemm, jekk għaddiex i flus lil xi ħadd kif ukoll dwar il-libelli li waqa' fil-konfront ta' Daphne Caruana Galizia.
Intant qed ikun irrapportat li Yorgen Fenech iddaħħal l-isptar ftit tal-ħin ilu b'uġigħ f'sidru.
Cardona-Caruana Galizia - Relazzjoni ta' akkużi, allegazzjonijiet u mandati
Dan l-aħħar żvilupp drammatiku huwa l-ewwel wieħed li jinvolvi Ministru tal-Gvern, li għal bosta drabi kien fil-mira ta' kritika u stejjer kbar li kitbet Daphne Caruana Galizia. L-aktar waħda illi qajmet kontroversja kienet l-allegazzjoni li hu flimkien ma' konsulent tiegħu kienu marru f'burdell bl-isem Acapulco, fil-Ġermanja waqt il-ħin tax-xogħol.
Dan wassal għal reazzjoni min-naħa ta' Cardona li fetaħ każ mandat ta' sekwestru kontra Daphne Caruana Galizia bil-konsegwenza li saret ordni ta' friża ta' €46,000.
Caruana Galizia kienet żvelat ukoll illi Cardona kien qed jgħix f'appartament f'Portomaso
(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)