'Kulħadd għandu jirrispondi għall-għemil tiegħu' - Chris Fearne
Fearne jgħid li l-Partit Laburista se jkun qed ilaqqa' l-eżekuttiv tiegħu
More in Politika
Fearne jgħid li l-Partit Laburista se jkun qed ilaqqa' l-eżekuttiv tiegħu
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li kulħadd għandu jirrispondi għall-għemil tiegħu u insista li ħadd mhu akbar mill-pajjiż jew mill-partit.
Fearne qal dan lill-ġurnalisti huwa u dieħel Kastilja għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.
Waqt li insista li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu l-fiduċja tal-Grupp Parlamentari kollu kemm hu, saħaq li l-Gvern u l-Partit Laburista qatt ma beża' jieħu deċiżjonijiet.
Fil-fatt, żvela kif apparti l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari, il-Partit Laburista se jkun qiegħed ilaqqa' wkoll l-Eżekuttiv tiegħu.
Filwaqt li saħaq li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għamel ħsara kbira lir-reputazzjoni tal-pajjiż, insista li l-Gvern huwa determinat li jsewwi l-ħsara li saret waqt li tenna li din għandha tkun il-prijorità bħalissa.
Mistoqsi jekk hux imħasseb dwar is-sitwazzjoni, jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri għadhomx jirriżenjaw u jekk hu jħossx li għandu dmir jitkellem bħala Deputat Prim Ministri, Fearne saħaq li hu jitkellem fil-laqgħa tal-Grupp Parlamentari.
Ara wkoll: