'M'iniex komdu bis-sitwazzjoni' - Robert Abela

Id-Deputat Robert Abela jisħaq li għandu ħafna xi jgħid iżda se jagħmel dan fil-grupp parlamentari u mhux fil-pubbliku

 

Id-Deputat Laburista Robert Abela saħaq li huwa mhuwiex komdu bis-sitwazzjoni

Abela qal dan lill-ġurnalisti huwa u dieħel għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista fejn meta mistoqsi jekk għandux fiduċja f’Konrad Mizzi u f’Keith Schembri, saħaq li għandu ħafna xi jgħid, iżda dan se jgħidu fil-Grupp Parlamentari.

Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni preżenti, Abela saħaq: “M'iniex komdu u naħseb li ħadd ma huwa komdu bis-sitwazzjoni,” insista Abela.

Dwar jekk hux lest jirriżenja jekk Konrad Mizzi u Keith Schembri jibqgħu ma jirriżenjaw, insista li anke dwar dan se jitkellem fil-Grupp Parlamentari.

“Inħoss li dak li għandi xi ngħid ngħidu fil-Grupp Parlamentari. Nassigurak li għandi ħafna xi ngħid u se ngħid dak kollu li nħoss fil-Grupp Parlamentari,” tenna Abela.

Temm jgħid li jekk is-sitwazzjoni ssir b’mod seren u matur, il-Partit Laburista jista’ joħroġ aktar b’saħħtu u kompatt.

Ara wkoll:

More in Politika