L-Ispettur Keith Arnaud qal fil-Qorti li l-mowbajl ta' Keith Schembri baqa' qatt ma nstab mill-Pulizija.
Waqt li kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, għall-mistoqsijiet tal-Avukati tad-Difiża, Keith Arnaud wieġeb li meta l-Pulizija arrestat lil Keith Schembri talbuh il-mowbajl.
"Il-mowbajl qatt ma kien fil-kustodja tal-Pulizija. Keith Schembri qal lill-Pulizija li tilfu," saħaq Arnaud.
Jidher li l-Pulizija marru jarrestaw lil Keith Schembri nhar is-26 ta' Novembru fil-5:30am. Sa ftit ħin qabel, Keith Schembri kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat fir-residenza tiegħu f'Burmarrad.
Ilbieraħ, Keith Schembri ammetta li ftit sigħat qabel l-arrest ta' Yorgen Fenech, għamel madwar nofsiegħa jitkellem miegħu.
Aqra aktar dwar dak li ħareġ illum waqt il-kumpilazzjoni: