Esklussiva | Clayton Bartolo se jieħu f'idu s-Segretarjat Parlamentari ta' Silvio Schembri

Clayton Bartolo se jkun is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni

Clayton Bartolo
Clayton Bartolo

Is-sit illum.com.mt jista' jiżvela li d-Deputat Clayton Bartolo se jkun maħtur mill-Prim Ministru Robert Abela bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni.

Is-Segretarjat Parlamentari li se jkollu f'idu Bartolo, sal-lum jinsab f'idejn Silvio Schembri u jaqa' taħt il-Ministeru għall-Finanzi li skont sorsi li tkellmu ma' dan is-sit se jkun qed jibqa' f'idejn il-Ministru Edward Scicluna.

Sa issa għadu mhux magħruf jekk Silvio Schembri hux se jingħata kariga oħra fil-kabinett u jekk iva, din x'se tkun.

Bartolo kien elett għall-ewwel darba bħala Membru Parlamentari fl-2017.

Dan is-sit żvela fl-aħħar sigħat li Byron Camilleri se jkun il-Ministru responsabbli mill-Intern minflok Michael Farrugia u Edward Zammit Lewis jieħu f'idejh il-ġustizzja mingħand Owen Bonnici

 

More in Politika