Esklussiva | Rosianne Cutajar se tkun responsabbli mill-ugwaljanza u r-riformi

Dan ifisser li Cutajar se tkun responsabbli minn riformi importanti u uħud kontroversjali

Id-Deputata Rosianne Cutajar, l-iżgħar Deputata tal-Gvern, se tkun is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-ugwaljanza u anke r-riformi.

Dan il-portafoll huwa wieħed vast ħafna u tista' tgħid li Cutajar se tkun responsabbli minn riformi importanti u uħud kontroversjali, fosthom dawk li għandhom x'jaqsmu mal-kannabis u l-prostituzzjoni u anke riformi li ilhom ħafna dovuti, fosthom il-ħlas ugwali għall-istess xogħol.

Apparti minn hekk, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mir-riformi jmiss ukoll ma' dawk ir-riformi dovuti biex tkun assigurata governanza t-tajba.

Sa issa, ir-riformi hija responsabbli għalihom Julia Farrugia Portelli.

Cutajar li hi voċifera ħafna fuq id-drittijiet ċivili, se tkun responsabbli wkoll mill-ugwaljanza li fl-aħħar snin kienet responsabbli minnha Helena Dalli u fl-aħħar xhur (meta din tal-aħħar saret Kummissarju Ewropew) kienet f'idejn il-Ministru Edward Zammit Lewis.

Aqra aktar dak żvelat mill-ILLUM:

 

More in Politika