Il-Kmamar tal-Aħbarijiet jingħaqdu f'talba għal eżenzjoni mill-VAT hekk id-daqqa ekonomika tikber

Talba biex bħal pajjiżi oħra "tingħata konċessjoni fejn fl-operat tagħna fil-midja stampat u diġitali, il-VAT jiġi eżentat

Il-midja, bħal bosta setturi oħrajn, qed tħoss l-għafsa tad-daqqa ekonomika li qala' l-pajjiż u f'ittra mibgħuta lill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi, mid-djar tal-midja  kollha  - ħlief dak tax-Xandir Nazzjonali u l-ONE - saret talba biex bħal pajjiżi oħra "tingħata konċessjoni fejn fl-operat tagħna fil-midja stampat u diġitali, il-VAT jiġi eżentat.  Dan żgur jgħin biex il-cash flow tagħna ma jiġix affettwat.  Inżidu li dan għandu japplika għal kullħadd mingħajr distinzjoni bejn kull dar tal-midja."

L-ittra tfakkar illi bħalissa l-miodja qed tħallas 18% minflok 5% VAT għas-servizz ta’ stampar u distribuzzjoni.  U fil-ħwienet qed titħallas 5% VAT meta jinbiegħu gazzetti.

"Apparti hekk riklamar fil-medja tagħna għandu VAT ta’ 18%."

"L-azjendi tagħna għandhom sfidi kbar u minkejja d-differenzi editorjali tagħna aħna pilastru importanti fid-demokrazija tal-pajjiż," ittemm tgħid l-istqarrija. 

 

 

More in Politika