Politiċi Ewropej jiffirmaw petizzjoni ta' Engerer favur l-emendi tal-Gvern dwar l-abort

Il-Gvern ressaq emendi biex joffri ċertezza legali lit-tobba u lill-ommijiet li jiddeċiedu li jabortixxu f'każ li s-saħħa tal-omm tkun mhedda

Il-Membru Ewro-Parlamentari (MEP) Cyrus Engerer fi żmien 10 sigħat jiġbor 162 firma għall-petizzjoni favur l-emendi tal-Gvern dwar l-abort. Infakkru li dawn l-emendi ma jwasslux biex jillegalizzaw l-abort innifsu iżda li jagħti l-abiltà legali lit-tobba biex jintervjenu u jitterminaw it-tqala f'każ ta' kumplikazzjonijiet li qed jheddu l-ħajja tal-omm. 

B'hekk din ġiet iffirmata minn 107 MEPs, 55 MPS, Lords u Senaturi kif ukoll 15-il Parlament differenti. 

Intant qiegħed jiġi irraportat li tliet membri parlamentari Ingliżi flimkien ma' numru ta' membri mill-House of Lords formalment bagħtu ittra lill-Prim Ministru Robert Abela minħabba tħassib li għandhom fuq il-liġijiet tal-abort. 

Huma fakkru lill-Abela f'leġislazzjoni preċedenti tal-Ingliżi u biex ikun kawt fil-kliem li jintuża għal-leġislazzjoni. Qalu li fl-1967, il-Parlament ressaq l-Att għall-Abort u kien jinkludi termini simili, u li għaldaqstant jgħid li titwaqqaf it-tqala fil-każ ta' theddid tal-ħajja tal-omm. Huma qalu li fid-dawl ta' din il-leġislazzjoni, wassal biex isir l-abort fil-pajjiż. Skont il-firmatarji tal-ittra, b'din il-klawżola, fl-2021 saru aktar minn 200,000 abort. Sintendi, wieħed irid iqis il-popolazzjoni tar-Renju Unit. 

  • Aqra aktar fuq il-position paper kontra dawn l-emendi u r-reazzjonijiet mal-ILLUM: Hawnhekk
  • Aqra aktar fuq il-aħħar firmatarji ta' din il-position paper: Hawnhekk
  • Aqra aktar fuq id-diskors tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u r-reazzjonijiet għal dan: Hawnhekk.

More in Politika