Kandidat tal-ADPD mhedded minn sid ta' restorant minħabba sticker

Stickers imwaħħla mill-kandidat Brian Decelis fil-ġimgħat li għaddew huma parti minn kampanja tal-Moviment Graffitti, li titlob li l-bankini jinatgħu lura minn 'okkupazzjoni abbużiva ta’ imwejjed u siġġijiet tar-ristoranti'

Ritratt imtella' minn Brian Decelis fil-bidu tal-kampanja,
Ritratt imtella' minn Brian Decelis fil-bidu tal-kampanja, "Il-Bankini taċ-Ċittadini."

Kandidat tal-ADPD għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali f’Marsaskala, Brian Decelis, kien mhedded minn sid ta’ ristorant l-Erbgħa, waqt li kien mixi max-xatt tal-istess lokalità.

Jitkellem dwar dan il-Ħamis filgħodu, Decelis qal li kien mixi fuq bankina li normalment sidien tar-ristoranti jagħmlu siġġijiet u mwejjed tagħhom, meta sid mar fuqu u verbalment heddu.

It-theddid sar minħabba kampanja tal-Moviment Graffitti, li titlob li l-bankini jinatgħu lura minn "okkupazzjoni abbużiva ta’ imwejjed u siġġijiet tar-ristoranti".

Il-kampanja tinvolvi t-twaħħil ta’ stikers f’żoni pubbliċi li jenfasizzaw li l-bankini huma tal-poplu.

Decelis qal li r-raġel, li rrifjuta li jidentifika lilu nnifsu, qallu: ‘Jekk tweħħel sticker ieħor fuq il-proprjetajiet tagħna, ikollok il-problemi. Hawn Wied il-Għajn kulħadd jaf min int; kulħadd jaf fejn tgħix... u jekk twaħħal stiker oħra fuq il-proprjetajiet tagħna, ikollok problemi.’

Il-kandidat tal-ADPD żied jgħid li l-ebda theddida mhi se twaqqfu milli jaħdem b’risq ir-residenti jekk ikun elett kunsillier fit-8 ta’ Ġunju.

Decelis qal mal-midja li ppreżenta rapport lill-pulizija. Qal li r-raġel ġie identifikat u se jiġi mitkellem mill-pulizija illum.

More in Politika