Raġel b’wiċċu mgħotti u liebes simili bħal pulizija qed iċċempel numru ta’ persuni f’Malta bl-għan li jiffroda xi vittmi.
Twissi lill-pubbliku għal dan, il-pulizija kkonfermat li dan ir-raġel qed jipprova jċempel b’video minn pjattaformi bħal whatsapp.
In-numru ta’ dan ir-raġel huwa barrani, iżda tidher fih l-arma tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Min iwieġeb jista’ jinnota lir-raġel liebes bħal uniformi, simili ta’ dik tal-pulizija Maltija. Huwa jistaqsihom biex jgħaddulu dettalji relatati mal-bank u l-karti tal-kreditu.
Il-Pulizija wissiet li t-telefonati mhux qed isiru minnha u għalhekk appellat lill-pubbliku biex jinjorahom.