Perit inżammet taħt arrest preventiv wara li kienet akkużata li serqet tliet vażuni u arloġġ minn ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru waqt iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-President Myriam Spiteri Debono fl-4 ta’ April.
Ljubia Zivkovic ta’ 52 sena residenti l-Iklin, nhar l-Erbgħa tressqet taħt arrest quddiem il-maġistrat Donatella Frendo Dimech, biex tiffaċċja akkużi ta’ serq aggravat b’persuna u valur, u pussess ta’ oġġetti misruqa ta’ valur kulturali.
L-oġġetti misruqa kienu rrappurtati li jiswew madwar €13,000 b’kollox.
Zivkovic wieġbet mhux ħati tal-akkużi.
Il-Prosekutur Nicholas De Gaetano talab lill-qorti biex timponi ordni ta’ trattament għal abbuż minn sustanzi fuq l-imputat, talba li l-qorti laqgħet.
L-avukat difensur, Rachel Tua, talbet il-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat it-talba, u rrimarkat li l-mara riċentament kienet instabet ħatja ta’ reat simili, kellha problema ta’ abbuż ta’ sustanzi u sħab l-imputata kienu għadhom ma xehdux.
Dan minn barra li l-ebda wieħed mill-oġġetti misruqa għadu ma ġie rkuprat, żied jgħid il-prosekutur.
Il-Maġistrat Frendo Dimech osservat ukoll li l-mara bħalissa kienet taħt probation.
Il-Qorti stabbiliet li Zivkovic kienet għadha taħdem fil-palazz, iżda Tua spjegat li x’aktarx il-mara kienet se tiġi sospiża fid-dawl tal-akkużi.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet fuq il-libertà proviżorja, il-Qorti ressqet li tiċħad it-talba, għar-raġuni li xhieda ċivili kienu għadhom iridu jixhdu l-fatt li l-imputat diġà jinsab taħt probation għal reati simili, kif ukoll għaliex il-qorti qiesetha mhux ta’ min jafdaha.
L-Ispettur tal-Pulizija Darryl Borg u Christina Delia kienu presekuturi. Kurt Farrugia rrappreżenta lis-Supretendent tal-Wirt Kulturali.
Nota editorjali: Dan l-artiku ġie aġġornat b'informazzjoni mill-qorti fis-1:18pm. L-artiklu oriġinali kien jinkludi biss l-istqarrija tal-pulizija, inkluż żball fil-ġeneru tal-persuna akkużata bis-serq.