Raġel isofri ġrieħi gravi wara argument f'Raħal Ġdid

il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument f’residenza fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid. Minn investigazzjoni preliminari jidher li seħħ argument bejn żewġt irġiel, Sirjan ta' 47 sena minn Raħal Ġdid u Libjan ta' 37 sena miż-Żurrieq

Raġel sofra ġrieħi gravi wara argument bejn żewġ' irġel dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra neqsin għoxrin. 

il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm argument f’residenza fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid. Minn investigazzjoni preliminari jidher li seħħ argument bejn żewġt irġiel, Sirjan ta' 47 sena minn Raħal Ġdid u Libjan ta' 37 sena miż-Żurrieq, b’wieħed minnhom, ir-raġel minn Raħal Ġdid jġarrab xi ġrieħi f’idejh. Il-Pulizija qalet li ntużat "ħadida għall-ponta". Minkejja li wieħed mill-akkużati ma kienx fuq il-post tal-inċident, il-Pulizija arrestatu ftit tal-ħin wara fl-akwati tal-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid. 

Is-Sirjan ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. Il-Maġistrat Ian Farrugia ħatar inkjesta, bil-Pulizija tkompli għaddejja bl-investigazzjonijiet.

 

More in Qrati u Pulizija