Biċċiet tal-bacon jinstabu fil-Koran ta' Mater Dei

Tpoġġew biċċiet tal-bacon fil-Kuran, biex 'jivvendikaw' il-qtil tal-qassis Franċiż

Min mar jitlob fil-kamra tat-talb ta' Mater Dei u fetaħ il-Koran, illum sab xi ħaġa mhux tas-soltu hekk kif tpoġġew biċċiet tal-bacon qalb il-paġni tal-Kuran. Huwa maħsub li dan sar sabiex 'jiġi vvendikat' Fr Jacques Hamel, il-qassis li nqatel fi Franza, hekk kif instabet karta bi stampa tal-qassis maqtul fi Franza iktar kmieni matul il-ġimgħa li għaddiet.

Fuq il-karta, kien hemm miktub, "RIP Fr Jacques Hamel, victim of Islam and its liberal/progressive apologists. A religion with blood on its hand cannot complain that its books are soiled.”

Il-komunità Iżlamika kkundannat dan il-każ u rrappurtat dak li ġara lis-CEO tal-Isptar u lill-Pulizija.

More in Socjali