Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, saħqet li l-probabbilità hija li fil-jiem li ġejjin jibdew jiżdiedu aktar il-każijiet.
Hija qalet dan waqt konferenza li matulha ħabbret li issa Malta għandha tnax-il pazjent bil-coronavirus li sa issa kollha kemm huma ġew importati minn barra mill-pajjiż u għalhekk għadu ma kien hemm l-ebda trażmissjoni lokali tal-COVID-19.
Gauci saħqet li permezz taċ-Ċentru l-ġdid f'Ħal Farruġ, qed isiru aktar testijiet u għalhekk iċ-ċans li jkunu identifikati aktar każi issa jikber.
Fakkret li mill-bieraħ infetaħ ċentru ġdid li qed jieħu t-telefonati ta' dawk li qed jistaqsu affarijiet mhux mediċi, bħal pereżempju fuq is-safar.
Ma' dawn xorta waħda qed ikun hemm tabib biex min jistaqsi, ikun hemm tabib li jista' jwieġeb.
Il-helpline 111 jibqa' BISS għal dawk kollha li jridu jistaqsu dwar xi sintomi.
Aqra aktar