Ħadd ma weġġa' wara li waqa' suffitt fi skola primarja f'Ħal Għaxaq

Il-ministeru tal-edukazzjoni kiteb fuq Facebook li ħaddiema mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) marru minnufih fuq il-post mal-kuntrattur responsabbli mix-xogħol, kif ukoll professjonijiet oħra, biex jifhmu x’wassal għall-inċident

ritratt: Net News
ritratt: Net News

Ħadd ma weġġa’ wara li nhar il-Ħamis waqa’ suffitt f’sala tal-iskola primarja ta’ Ħal Għaxaq.

Ritratti tal-kollass juru pajpijiet imdendlin mis-saqaf u partijiet mis-suffitt mal-art.

Il-ministeru tal-edukazzjoni kiteb fuq Facebook li ħaddiema mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) marru minnufih fuq il-post mal-kuntrattur responsabbli mix-xogħol, kif ukoll professjonijiet oħra, biex jifhmu x’wassal għall-inċident.

Qed issir evalwazzjoni teknika biex tiġi determinata l-kawża tal-kollass, u l-kuntrattur qed iħejji biex iwettaq kull xogħlijiet meħtieġa fis-sala biex tkun tista’ terġa’ tintuża mill-iskola.

Din is-sena ntemmu xogħlijiet estensivi li ta' €4miljuni fuq l-iskola .

F’Settembru 2023, il-Ministru tal-Edukazzjoni kien kiteb fuq Facebook li l-iskola hija qisha ġdida, u lesta tilqa’ fiha studenti għall-bidu tas-sena skolastika.

More in Socjali