Ir-Russja kompliet iżżid l-attakki tagħha fuq il-Kapitali Ukrena Kyiv u reġgħu ġew milquta binjiet residenzjali u anke stazzjon tal-metro.
Waqt dawn l-attakki, li seħħew kmieni mas-sebħ, inqatlu żewġ persuni. L-attakki jidher li bdew għall-ħabta tal-5am meta instemgħu splużjonijiet kbar.
Madanakollu, hekk kif ir-Russja qed iżżid l-attakki tagħha mhux jirnexxielha tagħmel avvanzi kbar jew tieħu taħt idha territorji oħra.
Intant, skont il-President Ukren, id-diskussjonijiet bejn id-delegazzjoniji Ukrena u dik Russa mistennija jkompliu llum.
Fl-aħħar jiem, persuni viċin il-President Ukren kienu ottimisti li dawn id-diskussjonijiet jistgħu jibdew iħallu xi ftit jew wisq ta’ riżultati pożittivi.
Sadanittant, fil-belt ta’ Mariupol li nħatfet mir-Russi, kompliet l-evakwazzjoni taċ-ċittadini.